Aħbarijiet riċenti

[256-260] minn 475 artikli
<
>

Redemptor Mundi - Attivitajiet imtellgħa mis-Soċjetà għall-Ġimgħa Mqaddsa 2018

Ninsabu biss ftit ġranet il-bogħod għaż-żminijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa, fejn għal ħafna persuni, dan iż-żmien iqisuħ bħala l-isbaħ żmien tas-sena'. Din is-sena s-Soċjeta' tagħna bħal kull sena oħra ser terġa tkun impenjata b'diversi attivitajiet fosthom, bi Programm ta' Marċi Funebri li sar nhar l-Erbgħa 21 ta' Marzu. Wara dan il-Programm, ġiet innawgurata l-wirja ta' Mudell ta' Knisja u diversi xogħlijiet artistiċi marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa fis-Sala tal-Mużew.

Nifirħu lis-Segretarju Ġenerali li għalaq ħames snin jokkupa din il-kariga

Bħal llum 24 ta' Marzu ta' propju ħames snin ilu, s-sur Matthew Pullicino ġie vvutat u appuntat mill-membri bħala Segretarju Ġenerali tas-Soċjeta' Mużikali Peace fl-eta' ta' 24 sena. Minnkejja li ta' eta' żgħira, ħadd ma kellu dubju li Matthew kien ser jaħdem b'determinazzjoni kbira u li kellu potenzjal sabiex iwassal is-Soċjeta' tagħna aktar il-quddiem. Dan huwa eżempju ċar lis-Soċjeta' Mużikali Peace minn dejjem kienet, għadha u ser tibqa' tappoġja lill-membri żgħażagħ u tafdahom bi proġetti u rwoli importanti sabiex ilkol flimkien nibqaw naħdmu biex nkomplu ngħollu l-isem tas-Soċjeta' u ta' Beltna n-Naxxar aktar il-fuq....

Nifirħu lill-Kunsill Lokali tan-Naxxar

F'dawn l-aħħar jiem, il-Kunsill Lokali tan-Naxxar rebaħ il-premju 'Good Governance' li ġie mogħti mill-Kunsill tal-Ewropa. Dan il-premju huwa ferm importanti ghal-Belt tagħna tan-Naxxar, u daqstant prestiġjuż mogħti mill-Kunsill tal-Ewropa lil dawk il-Kunsilli li josservaw numru ta' kriterji partikolari fil-kamp tal-governanza tajba.

Kunċert tal-Milied - Live Streaming.

Nhar is-Sibt 30 ta' Diċembru, l-Banda Peace ttellgħat il-Kunċert annwali tal-Milied fis-Sala Marija Bambina.Grazzi tal-attendenza numeruza li kellna. Sala ppakjata u proset akbar lis-Surmast Naxxari Lino Pirotta u l-Bandisti tal-Banda Peace. Proset akbar tmur lis-solisti u ma jonqosx ukoll lill-kor Harmonic Ensemble taħt id-direzzjoni ta' Ritienne Azzopardi. 

Din is-sena l-Kunċert tal-Milied ġie streamed LIVE fuq Facebook, għalhekk inħeġġek sabiex tagħfas LIKE fuq il-paġna tal-Facebook sabiex tkun tista ssegwi l-Live streamings tas-Soċjeta'. 

GRAZZI u s-sena t-Tajba!

Nifirħu lill-Fr.Richard (Membru Onorarju tas-Soċjeta') li leħaq Monsinjur.

F'dawn l-aħħar siegħat il-partitarji u membri ta' din is-Soċjeta' xxukjajna ruħna u ninsabu ferm ddispjaċuti bl-aħbar xejn sabiħa fejn tħabret il-mewt taż-żgħażugħ Michael. Michael kien żgħażugħ li kont dejjem taraħ b'dik it-tbissima fuq xuftejħ u kien jieħu gost jitla għal Festa ta' Marija Bambina. Dan iż-żgħażugħ qalbieni, miet fl-eta ta' 17-il sena.

Jinġabru flus għal Istrina 2017. Grazzi u Proset!

Prosit lil dawk kollha li ghenu ghal din il-kawza gusta. Inkomplu nawguraw lil dawk kollha nvoluti u lill-poplu biex tibqa’ tikber is-somma. Prosit u Grazzi.

[256-260] minn 475 artikli
<
>
 

Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify